Futbol Sport

Punt għal Marsaxlokk b’disa’ plejers

(Ritratt: Joseph Galea)

FLORIANA …………………1
MARSAXLOKK ……………1

Floriana: Georgi Kitanov, Owen Spiteri (84’ Kyrian Nwoko), Oualid El Hasni, Emiliano Callegari, Aleandro Garzia (70’ Adam Magri Overend), Lorenzo Trillo (70’ Kemar Reid), Fernando Juarez, Ulises Arias, Jan Busuttil (84’ James Scicluna), Mattia Veselji (70’ Zachary Cassar), Andrea Ciolacu

Marsaxlokk: Marko Drobnjak, Dejan Vukovic, Emerson Vella, Juan Cruz Aguilar, Oscar Carniello, Ayrton Attard (29’ Edafe Uzeh), Leandro Aguirre, Dale Mifsud (67’ Wellington), Santiago Ferraris, Kristian Keqi, Tiago Fonseca (67’ Santiago Moracci)

BOV Plejer tal-logħba: Marko Drobnjak
Referee: Matthew Degabriele

Riżultat importanti miksub minn Marsaxlokk il-bieraħ kontra Floriana u dan minkejja li għal ħinijiet fit-tieni taqsima huma lagħbu b’disa’ plejers. Floriana kienu qd ifittxu r-raba’ rebħa konsekuttiva iżda kellhom jikkuntentaw b’dan il punt kontra avversarji li qatt ma ċedew pulzier.

Mal-kwarta logħob kienu Marsaxlokk li fetħu l-iskor b’daqqa ta’ ras tal-eks plejer tal-Greens Kristian Keqi. Ir-risposta ta’ Floriana waslet tnax-il minuita mill-ftuħ tat-tieni taqsima meta Mattia Veselji skorja b’xutt li ħabat mal-lasta qabel spiċċa fix-xibka. Ftit wara Carniello waqqa’ lil Veselji fil-kaxxa u ntwera wkoll it-tieni karta safra, iżda mill-ħdax-il metru El Hasni naqas li jegħleb lil Drobnjak li salva tajjeb.

Fit-68 minuta t-tieni karta safra għal Juan Cruz iżda minkejja li b’disa’ plejers Marsaxlokk irreżistew biex kisbu punt prezzjuż