Lokali

AĠĠORNATA: Wara numru ta’ sigħat, għadu ma nstabx iż-żagħżugħ ta’ 20 sena li nqabad taħt it-tifrik f’Kordin

Żagħżugħ Malti ta’ 20 sena jinsab preżentament maqbud taħt it-tifrik filwaqt li 3 persuni jinsabu fil-periklu tal-mewt, u ieħor qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ċediet parti minn sit ta’ kostruzzjoni li tinsab fil-Qasam Industrijali ta’ Kordin.

Timijiet ta’ emerġenza, membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanzi ġew imsejħa fil-post wara li kmieni dalgħodu waqgħet binja. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10am, viċin ferm fejn hemm iċ-ċentru tas-CPD.

Net News hu infurmat li fuq ġewwa tal-binja li kienet għadha fi stat ta’ kostruzzjoni – kien hemm 6 persuni .. b’5 persuni – tlieta ta’ dixxendenza Albaniża, Malti u ieħor mill-Bożnija jinħarġu minn taħt it-tifrik…b’persuna għadha taħt it-tiġrif.

Wieħed mill-ħaddiema li rnexxielu jsalva minn dan l-inċident ikellem lil uffiċjal tas-CPD

Bħalissa għaddejja ħidma ta’ salvataġġ mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Huma qed jużaw kemm klieb u anke drones, f’ħidma deskritta bħala waħda delikata.

Il-persuna maqbud taħt it-tifrik ġie lokalizzat, iżda mhux jikkomunika mal-membri tal-emerġenza.

Il-kundiżżjoni tal-persuna l-oħra għadha hux magħrufa.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.