Wara li tilfu lil Gabriel Jesus u Alex Telles għall-kumplament tat-Tazza tad-Dinja, is-Seleção irċievew aħbar tajba hekk kif jidher li Neymar irkupra tajjeb mill-injury fl-għaksa.
Il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-Brażil, Tite kkonferma waqt konferenza stampa li l-attakkant ta’ PSG ser ikun disponibbli fil-logħba li jmiss kontra l-Korea t’Isfel fil-fażi ta’ l-aħħar sittax. Neymar ilu barra mill-ewwel logħba tal-gruppi kontra s-Serbja wara li sofra injury fl-għaksa u kellu jinħareġ mill-partita, madankollu ġie żvelat li Neymar reġa’ beda t-taħriġ mal-kumplament tal-iskwadra fil-preparamenti għal-logħba li jmiss.
Din l-aħbar reġgħet qajmet it-tama’ tal-partitarji Brażiljani hekk kif kulħadd jaf kemm hu kruċjali Neymar għall-iskwadra, kif rajna fit-Tazza tad-Dinja tal-2014 meta Neymar ukoll weġġa’ fil-kompetizzjoni u l-Brażil evidentement ħassu n-nuqqas tiegħu.
//= $special ?>