Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara ħabta kerha fiż-Żurrieq

Anzjan jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta kerha li seħħet ilbieraħ fiż-Żurrieq

Il-każ seħħ fi Triq il-Belt Valletta, meta seħħet ħabta bejn BMW 318 misjuqa minn raġel ta’ 19-il sena residenti Ħaż-Żabbar u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti n-Naxxar. Raġel ta’ 65 sena residenti Ħal Kirkop kien passiġġier fit-Toyota.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku taw l-assistenza u ż-żewġt irġiel li kienu fit-Toyota ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard filgħaxija, ir-raġel ta’ 65 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li x-xufier ta’ 35 sena sofra minn ġrieħi gravi. Is-sewwieq tal-BMW ma sofriex ġrieħi.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat MarseAnn Farrugia. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.