Futbol Sport

Birkirkara dominanti għalkollox fuq Pietà Hotspurs

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Matthias Mizzi

PIETÀ HOTSPURS……1

BIRKIRKARA…..……….5

PIETÀ H.: D. Alampasu, S. Okoh, C. Bangura, T. Abraham (K. Catania 57’), D. Zerafa, J. Ghio, A. Amadu (Y. Morita 46’), P. Lapira, (K. Leonardi 57’) A. Schembri Wismayer (T. Agius 57’), Z. Leonardi, T. Yamaguchi

BIRKIRKARA: A. Sylla, O. Iorio, A. Da Paixao, Y. Yankam (N. Micallef 65’), P. Mbong (J. Farrugia 65’), K. Zammit, N. Radojevic, C. Attard, E. Cabrera, S. Zibo, D. Ribeiro

Imwissija: P. Mbong 25’ (BKR), J. Ghio 57’ (PTH), D. Alampasu 59’ (PTH)

Skorjaw: S. Zibo 37’ (BKR), E. Cabrera 44’ (PTH), N. Radojevic 62’ (BKR), E. Cabrera 71’ (BKR),T. Agius 77’ (PTH), A. Da Paixao 88’ (BKR)

Referee:  Etienne Mangion

Assistenti Referees: Mitchell Scerri & James Muscat

In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: E. Cabrera (BKR)

BOV Plejer tal-Logħba: A. De Paixao (BKR)

Tkompli t-triq għat-telgħa għat-tim ankrat f’qiegħ il-klassifika Pietà Hotspurs meta fl-Istadium Nazzjonali sabuha ferm diffiċli biex ikunu ta’ oppożizzjoni denja għall-Karkariżi. Fuq in-naħa l-oħra xejn ma jrid inaqqas mill-mertu ta’ Birkirkara li setgħu faċilment kabbru aktar l-iskor.

Seba’ minuti logħob u opportunità tajba għal Birkirkara minn cross ta’ Riberio li għadda lejn Osvaldo Iorio b’dan jispara kemxejn għoli minn fuq il-lasti. Birkirkara pprotestaw għall-possibiltà ta’ penalty meta Cabrera deher jitwaqqa’ fil-kaxxa minn Daniel Zerafa. Tliet minuti biss wara din l-azzjoni u Birkirkara żblokkaw l-iskor permezz ta’ xutt minn Simon Zibo li sammar il-ballun fix-xibka. Ftit qabel il-mistrieħ id-difiża ta’ Pietà Hotspurs tinqabad fuq sieq waħda, b’Cabrera xxamplat waħdu fil-kaxxa żgħira rdoppja l-iskor grazzi għal ħarba u pass preċiż lejh minn De Paxaio.

It-tieni taqsima ssokktat bl-istess ritmu logħob tant li fis-sitta u erbgħin minuta Yankam ra x-xutt tiegħu jgħaddi viċin. Fit-53 minuta Pietà telgħu tajjeb fuq l-attakk, madankollu x-xutt ta’ Yamaguchi kien wieħed fjakk biex Sylla laqa’ faċilment. Mas-siegħa logħob il-goalkeeper Alampasu ħelisha ħafif meta minn ħarġa ħażina hu waqqa’ lill-attakkant veloċi Cabrera bir-referee inkarigat Etienne Mangion għażel li jurih biss il-karta s-safra. Minkejja li l-Blues ma laqtux il-gowl minn din l-azzjoni minuta biss wara, mill-istess free-kick, id-difensur Nemanja Radojevic għadda l-ballun minn bejn il-barriera għal ġox-xibka. Cabrera kompla jimpressjona u għaqqad id-doppjetta personali fis-70 minuta permezz xutt fil-baxx li għadda minn taħt Alampasu minn ġirja tipika oħra minn tiegħu. Sforz in-nuqqas ta’ dixxiplina fid-difiża minn Birkirkara, sitt minuti wara Pietà skurjaw l-gowl tal-konsolazzjoni minn xutt ġol-kaxxa ta’ Terence Agius. B’Pietà li kkrollaw għal kollox, fit-88 minuta Birkirkara għalqu l-partita bil-ħames gowl permezz ta’ xutt mill-plejer tal-logħba Alex De Paixao.