Lokali

F’diskors sħiħ, Abela fl-ebda ħin ma jsemmi t-tarbija fil-ġuf

F’diskors ta’ iktar minn 40 minuta, il-Prim Ministru Robert Abela fl-ebda mument ma semma l-ħajja tat-tarbija fil-ġuf.

Minkejja oppożizzjoni kbira li sab minn diversi professjonisti, akkademiċi, tobba u bosta nies oħra, Abela baqa’ jwebbes rasu u fl-ebda ħin ma qal li se jkun qed ibiddel l-emendi li qed iressaq għal din il-liġi. Dan anke minkejja li l-President ta’ Malta George Vella ma eskludiex li jirriżenja jekk ikollu jiffirma biex din il-liġi li se ddaħħa l-abort tidħol f’pajjiżna.

Meta kien qed jindirizza attivita politika li saret fil-Fgura, Abela baqa’ jwebbes rasu u fl-ebda ħin ma qal li se jkun qed ibiddel l-emenda li qed iressaq għal din il-liġi li se twassal biex jidħol l-abort f’pajjiżna.

Dan minkejja oppożizzjoni kbira li sab minn diversi professjonisti, akkademiċi, tobba u bosta nies oħra. Bil-President ta’ Malta George Vella ma eskludiex li jirriżenja jekk ikollu jiffirma biex din l-emenda fil-liġi tidħol f’pajjiżna.

Fil-Kazin Laburista tal-Fgura, Robert Abela baqa’ jinsiti li s-saħħa mentali, skont hu hija kumplikazzjoi serja li tipperikola l-ħajja. Huwa rrefera għall-każ Prudenti bħala l-każ li lluminah. Dan meta l-Avukat tal-Istat stess qal li fl-ebda ħin ħajjet il-mara ma kienet fil-periklu.

Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru reġa’ nfexx fis-solita retorika politika tiegħu u attakka lill-Oppożiżżjoni kif ukoll lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

U f’diskors partiġjan għall-aħħar, il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard infexxet f’attak fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista, fejn fl-istess diskors pruvat tqarraq bl-emozzjonijiet tan-nies billiu użat it-tbatijiet tan-nisa tqal biex tiskorja punti politici.