Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Gabriel Jesus se jitlef il-kumplament tat-Tazza tad-Dinja

(Ritratt: EPA)

L-attakkant Brażiljan Gabriel Jesus se jkun qed jitlef il-kumplament tat-Tazza tad-Dinja wara li sofra injury f’irkopptu fil-partita kontra l-Kamerun, fl-aħħar partita tal-grupp.

Ma’ Jesus, id-difensur Alex Telles ukoll sofra injury f’irkopptu u se jkun qed jitlef il-kumplament tat-turnament. B’hekk il-Brażil se jkunu mingħajr dawn il-plejers kif ukoll dubji fuq il-kundizzjoni ta’ Neymar għall-partita fil-fażi tal-aħħar sittax kontra l-Korea t’Isfel.