Futbol Sport

Gudja United jerġgħu jirbħu lil Valletta

(Ritratt: Catriel Farrugia)

VALLETTA……….0

GUDJA U……….1

Valletta: A. Guarnone, E. Ruiz (F. Cheveresan 60′), J. Borg, R. Camilleri (C. Gauci 60′), A. Zammit, O. Akpoveta, E. Pena Beltre (J. Willy 85′), B. Kamdem (L. Cremona 85′), B. Paiber, U. N’Nomo, E. Sala

Gudja U: G. Zammit, J. Bolanos, A. Prates, V. Plut, A. Azzopardi (T. Gusman 61′) (J. Mintoff 86′), J. Arthur, K. Micallef, H. Vella, M. Muchardi, S. Gomes (N. Navarrete 46′), F. Romero

Skorjaw: A. Prates 5′ (G)

Referee:  Stefan Pace

Assistenti Referees: Duncan Sultana u Shaun Calleja

BOV Plejer tal-Logħba: Andre Prates (Gudja United)

Gudja United kisbu r-raba rebħa konsekuttiva fuq Valletta hekk kif fl-Istadium Nazzjonali għelbuhom 1-0 b’gowl wara biss ħames minuti minn Andre Prates. Din kienet rebħa importanti għal Gudja wara żewġ telfiet fl-aħħar kkonfronti kontra Sirens u Floriana. Minn naħa l-oħra Valletta jridu jinsew malajr din it-telfa biex ma jitilfux mir-ritmu li kienu qabdu bih qabel il-waqfa fejn kienu ġejjin minn tliet rebħiet konsekuttivi.

Gudja United fetħu l-iskor wara biss ħames minuti meta d-difiża ta’ Valletta naqqset milli ttajjar il-periklu wara korner ta’ Ayrton Azzopardi, bil-ballun jaqa’ f’saqajn Andre Prates li mill-viċin għeleb lil Guarnone.

Valletta fuq l-attakk fid-19-il minuta iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Akpoveta minn kross ta’ Pena Beltre marret barra. Fl-40 minuta Brandon Paiber ittanta xortiħ minn free-kick dirett iżda kiem faċli għal Zammit.

Il-goalkeeper ta’ Gudja reġa’ salva tliet minuti wara minm xutt ta’ Akpoveta.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet minn Gudja meta x-xutt ta’ Vito Plut kien imtajjar b’diffikultà minn Guarnone.

L-iskor sat-tmiem baqa’ ma nbidielx u Gudha ħadu tliet punti importanti.