Lokali

“Irridu naħdmu biex l-abbozz vera jħares lill-omm, lit-tarbija fil-ġuf u lill-mediku” – Stephen Spiteri

“Il-Gvern Laburista b’dan l-abbozz qed idaħħal dubju, dan l-abbozz se jkun qed jippermetti l-qtil tat-tarbija fil-ġuf”.

Dan huwa dak li qal id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri tul attività politika fil-Gudja, quddiem il-Każin tal-PN, attività fejn fost l-oħrajn fakkret l-anniversarju mill-qtil ta’ Raymond Caruana, iżda wkoll it-tema trattat kif il-libertà tal-ħajja fil-ġuf tinsab mhedda mill-Gvern Laburista.

Huwa qal li din l-emenda qisha qed titfa’ dawl li t-tobba f’każijiet fil-passat ma ħadmux kif suppost. Iżda evidenti, hekk kif rajna anki fl-argument tal-Avukat tal-Istat, li t-tobba għamlu kollox biex jimxu sewwa, biex iħarsu l-ħajja.

Stephen Spiteri qal li tkellem mal-esperti, fejn l-abort qatt mhu ġustifikat li jsir, speċjalment meta jkun hemm persuni li qed ibatu mis-saħħa mentali. Id-Deputat Nazzjonalista qal li aħjar il-Gvern Laburista offra li jagħti tassew widen lis-settur tas-saħħa mentali, u jsir investiment xieraq f’dan is-settur.

Huwa saqsa għaliex ma tiddaħħalx liġi li vera tindika li t-tabib ikun sikur f’każ ta’ emerġenza.

“Aħna ma rridux l-abort, mhux ma rridux inħarsu l-professjoni medika”

Huwa qal li l-PN se jkun qed iressaq l-emendi biex dan l-abbozz jinbidel.

“Jekk il-Gvern se jwebbes rasu, aħna determinati li nivvutaw kontra din l-emenda”

Huwa qal li l-Gvern ta’ Robert Abela preżenta abbozz li se jkun qed joqtol it-tarbija. Huwa qal li l-PN fil-passat u anki issa stinka biex f’Malta jkollna l-valuri, ta’ etika, ġusti li huwa xempju tas-sewwa u l-verità.