Lokali

Jitfakkar l-anniversarju mill-qtil ta’ Raymond Caruana

Fil-5 ta’ Dicembru tal-1986, 36 sena ilu, Raymond Caruana nqatel fil-każin Nazzjonalista tal-Gudja.

Raymond Caruana, li jibqa’ magħruf bħala l-martri tal-libertà, kien inqatel tard bil-lejl b’tiri ta’ sub machine gun sparati minn karozza li nstaqet quddiem il-każin Nazzjonalista tal-Gudja, li kien se jiġi inawgurat uffiċjalment ftit tal-jiem wara.

Wieħed mit-tiri daħal mill-antiporta tal-bieb tal-każin u laqat lil Raymond Caruana. Hu kien miet fil-post.

Dan il-każ ta’ Raymond Caruana kien il-qofol ta’ epoka ta’ vjolenza politika tas-snin tmenin.

U biex jitfakkar l-anniversarju mill-qtil ta’ Raymond Caruana, il-Ħadd saret quddiesa kif ukoll tqegħid ta’ fjuri fuq il-qabar ta’ Raymond Caruana fiċ-ċimiterju tal-Gudja – preżenti l-Kap tal-PN Bernard Grech, il-Viċi Kap tal-PN, Alex Perici Calascione, is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Michael Piccinino u t-tmexxija tal-partit.

Ritratti: Matthew Tabone