Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Jose Gimenez jaffaċja sospensjoni ta’ 15-il partita

(Ritratt: EPA)

Id-difensur Urugwajan Jose Gimenez qed jaffaċja sospensjoni ta’ 15-il partita hekk kif f’vidjo fuq midja soċjali deher jagħti daqqa ta’ minkeb lil uffiċjal tal-FIFA inkarigat għall-partita bejn Urugwaj u Ghana. Apparti dan Gimenez għajjar bi kliem dispreġjattiv lir-referees tal-partita wara l-eliminazzjoni tat-tim mit-Tazza tad-Dinja.

Il-plejers Urugwajani kienu urtati għal fatt li ma ngħatawx penalty għal foul fuq Edison Cavani.