Internazzjonali

L-Afrika t’Isfel: Il-President jirrifjuta li jirriżenja minkejja l-iskandlu attwali

Cyril Ramaphosa qed jirrifjuta li jirriżenja minn President tal-Afrika t’Isfel minkejja li jinsab taħt pressjoni kbira b’kaġun ta’ skandlu li jinvolvi flus li insteraq mir-razzett tiegħu.

Skont l-allegazzjonijiet attwali, Ramaphosa kien qed iżomm kwantitajiet kbar ta’ flus f’din il-proprjetà u li hu ‘ipprova jaħbi l-verità lill-awtoritajiet’ wara li l-flus insteraq.

Panel ta’ esperti legali konkluda li l-President għandu jwieġeb personalment għal dan il-każ serju. Dan waqt li l-entitajiet ewlenin tal-Kungress Nazzjonali Afrikan (ANC) qed jiltaqgħu biex jiddeċiedu l-passi li jmiss tal-partit fil-Gvern.

Fl-istess ħin, kelliema għall-President qalu li mhux qed jaħseb f’riżenji u li hu se jinsisti biex juri l-allegazzjonijiet bħala foloz. Huma sostnew li Ramaphosa, fil-fatt, beħsiebu jipprova għal tieni mandat bħala l-Kap tal-Partit ANC.