Internazzjonali

L-Indoneżja: Fuq l-ogħla stat ta’ allert fost l-iżbroff ta’ vulkan

A man looks on as Mount Semeru releases volcanic materials during an eruption on Sunday, Dec. 4, 2022 in Lumajang, East java, Indonesia. Indonesia’s highest volcano on the country’s most densely populated island of Java erupted Sunday. (AP Photo)

Il-vulkan ta’ Semeru fl-aħħar sigħat beda jbewweġ il-lava u l-ġmied, fost l-evakwazzjonijiet urġenti tan-nies mill-gżira ewlenija ta’ Java.

Is-sitwazzjoni tant dehret serja li l-awtoritajiet żiedu l-livell tal-allert sal-massimu, fost sinjali li l-attività mill-vulkan kienet qed teskala.

Għalkemm jidher li ma weġġa’ ħadd, ‘il fuq minn 2,000 persuna spiċċaw evakwati mill-madwar tal-vulkan.

Dan waqt li n-nies kienu mħeġġa biex iżommu distanza ta’ mill-anqas tmien kilometri mill-vulkan anki waqt li kienu neżlin il-valangi tal-lava mal-ġnub tal-muntanja.

L-indikazzjonijiet huma li numru kbir ta’ djar jinsabu f’periklu li jinqerdu mil-lava li laħqet wettqet ħsarat kbar lill-infrastruttura tal-inħawi.