Futbol Sport

Mosta jitilgħu l-ħames b’rebħa fuq Żebbuġ Rangers

(Ritratt: Joseph Galea)

MOSTA………….2

ŻEBBUĠ R……..0

Mosta: I. Akpan, R. Briffa, C. Eneme, C. Failla, J. Nsumoh(V. Ifeanyi 59′), B. Diarra, T. Farrugia, G. Acheampong(G. Scirberras 84′), S. Kingue (J. Ibe 72′), Z. Brincat, R. Ekani

Żebbuġ R: J. Azzopardi, S. Bugeja, L. ALmeida, W. Santos, A. Mizzi(K. Bondin 70′), S. Jankovic (T. Bartolo 85′), C. L. Ngoy, R. Sanchez, R. Vella (S. Miloskevic 64′), J. Macedo (S. Maldonado 70′), J. Sciberras

Skorjaw: T. Farrugia 65′, C. Ememe 90+4′ (M)

Referee:  Fyodor Zammit

Assistenti Referees: Edward Spiteri u Thomas Debono

BOV Plejer tal-Logħba: Boubakary Diarra (Mosta)

B’żewġ gowls fit-tieni taqsima, Mosta għelbu lil Żebbuġ Rangers 2-0 biex issa telgħu fis-sitt post tal-klassifika b’20 punt. Minn naħa tagħhom Żebbuġ ma bdewx fuq ir-rebħa kontra Ħamrun Spartans, b’din tkun id-disa’ tefa fil-kampjonat għan-neo promossi.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet minn Żebbuġ fit-8 minuta minn azzjoni ta’ free-kick, waħdu quddiem Akpan, lmeida tefa’ barra. Erba’ minuti wara free-kick b’saħħtu ta’ Failla għal MOsta jara lil Azzopardi jilqa’ b’diffiklutà.

Christ Ememe għal Mosta perikoluż fit-22 minuta iżda wara li daħal fil-kaxxa tefa’ barra. Fl-40 minuta Żebbuġ fuq l-attakk iżda Macedo mill-viċin tefa’ barra.

Mosta ħarġu jfittxu l-gowl tal-vantaġġ kmieni fit-tieni taqsima u fil-50 minuta Acheampong ittanta xortieħ iżsa sab lil Jamie Azzopardi attent li ma sab l-ebda diffikultà biex jilqa’. Fil-57 minuta din id-darba kien il-goalkeeper ta’ Mosta Ini Akpan li kellu jsalva xutt ta’ Jankovic

Il-Mostin fetħu l-iskor fis-66 minuta meta l-captain Tyrone Farrugia kompla ġewwa l-free-kick ta’ Clayton Failla. Iż-Żebbuġin tefgħu kollox fuq l-attakk biex jipprovaw jieħdu xi ħaġa minn din il-partita, iżda erba’ minuti fuq il-ħin regolamentari is-solitu Christ Ememe skorja t-tieni gowl għal Mosta wara ħarġa difettuża ta’ Jamie Azzopardi biex l-iskor finali kien dak ta’ 2-0 favur Mosta.