Ħames plejers Belġjani ma rritornaw lura pajjiżhom mal-kumplament tat-tim wara l-eliminazzjoni diżappuntanti li sofrew fit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar. Il-ġenerazzjoni tad-deheb tal-Belġju kellha tmiem diżastruż meta draw kontra l-Kroazja u telfa kontra l-Marokk fisret li huma jkunu eliminati fl-istadju tal-gruppi.
Rapporti internazzjonali indikaw li kien hemm diversi argumenti fid-dressing room bejn il-plejers, fosthom bejn Kevin De Bruyne u Thibaut Courtois. Il-plejers li allegatament ma rritonrnawx lura mat-tim huma Axel Witsel, Thomas Meunier, Lois Openda, Arthur Theate u Jeremy Doku.
//= $special ?>