Lokali

Propaganda mill-Gvern favur il-liġi tal-abort, imħallsa minn flus il-poplu

Il-Gvern uża spazju fil-gazzetti tal-Ħadd sabiex imexxi propagana sfaċċata favur il-liġi li qed tiftaħ il-bieb għall-abort f’pajjiżna; liġi kontroversjali li kienet kundannata mill-professjonisti mediċi u bosta esperti, kif ukoll minn esponenti tal-Partit Laburista stess.

Minn Kastilja, intużat straġetija biex fil-jum tal-protesta nazzjonali kontra l-abort, jintużaw il-gazzetti lokali ħalli jmexxu l-propaganda ta’ Robert Abela permezz ta’ riklam imħallas mill-Gvern. Dan ir-riklam – li huwa imħassal mit-taxxi tagħna – jinsab fil-gazzetti kollha, għajr għall-gazzetta ‘il-mument’.

Intant, illum kulħadd huwa imsejjaħ għad-dimostrazzjoni li se tibda fit-3pm, b’mixja favur il-ħajja. Din il-protesta se ssir fil-Belt, u tibda minn quddiem Kastilja.