Sport Sport Ieħor

Ray ‘Żażu’ Farrugia u Taekwondo fi Sport Extra tal-lum

Fid-disa’ programm  SPORT EXTRA li se jixxandar għada  mill-5.15 pm ‘il quddiem fuq NetTelevision ,bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli fl-ewwel parti tal-programm enfażi dwar il-Kampjonati tal-Ewropa Cadet tat-Taekowondo li kienu organizzati hawn Malta mill-Malta Taekwondo Association. Mistiedna fil-programm id-Direttur Ġenerali tal-European Taekwondo Union KENNETH SCHUNKEN kif wkoll is-Segretarju Ġenerali ETU ANTONIO BARBARINO. Fl-istess servizz bosta azzjonijiet mill-istess Kampjonati.

Fit-tieni parti tal-programm intervista ma’ RAY ‘ŻAŻU’ FARRUGIA li f’dawn il-ġranet ippubblika il-biografija tiegħu ‘And in Malta is my home’ . Fl-intervista apparti dettalji b’rabta mal-karriera, Farrugia ddeskriva certi mumenti deciżivi li kellu f’madwar 50 sena fix-xena tal-isport lokali u internazzjonali.

Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Michael Farrugia.