Il-FIFA ħabret illum li din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja rnexxielha tikser ir-rekord ta’ attendenza fiżika fil-fażi tal-gruppi. Huwa magħruf li attendew viċin il-2.5 miljun ruħ għall-partiti tal-gruppi. Din iċ-ċifra tirrizulta li 96% tal-postijiet li setgħu jimtlew mit-8 grawnds f’Doha imtlew. Apparti minn hekk, il-logħba bejn l-Arġentina u l-Messiku f’Lusail Stadium kienet l-iktar logħba li attendew għalija nies mill-finali tat-Tazza tad-Dinja fl-1994, bl-attendenza tilħaq il-qrib id-90,000 spettatur.
It-Tazza tad-Dinja 2022 ukoll rat għall-ewwel darba tlett timijiet mill-federazzjoni Asjatika javvanzaw għall-aħħar sittax, dawn it-timijiet huma l-Korea t’Isfel, il-Ġappun u l-Awstralja.
//= $special ?>