Lokali

“Robert Abela jikkonferma li jrid idaħħal l-abort f’pajjiżna” – PN

Processed with VSCO with g6 preset
Il-Partit Nazzjonalista huwa l-unika forza politika favur il-ħajja f’pajjiżna

F’diskors isteriku li għamel dalgħodu, Robert Abela kkonferma li jrid akkost ta’ kollox idaħħal l-abort f’pajjiżna minkejja li m’għandux mandat tal-poplu biex jagħmel hekk.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonlista qal li fid-diskors tiegħu Robert Abela kkonferma li m’għandux mandat elettorali mill-poplu biex idaħħal l-abort f’pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista jisħaq li din l-imġieba ta’ Robert Abela hi irresponsabbli, antidemokratika u theddida serja għan-nisa tqal, it-trabi fil-ġuf u l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa.

L-istqarrija tkompli tgħid li Robert Abela għandu għażla waħda quddiemu: dik li jirtira l-abbozz ta’ liġi li bih irid idaħħal l-abort f’pajjiżna. Jekk ma jagħmilx hekk, Robert Abela ser jitniżżel fl-istorja ta’ pajjiżna bħala l-politiku li b’qerq, b’ingann u b’mod anti-demokratiku daħħal l-abort f’pajjiżna.

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ l-unika forza politika favur il-ħajja f’pajjiżna u qed iwassal messaġġ wieħed u b’saħħtu kontra d-dħul tal-abort f’pajjiżna.