Sport Waterpolo

Sirens jirbħu kontra Neptunes fl-aktar logħba missielta fil-ftuħ tal-Enemed Cup

(Ritratt: Timmy Cutugno)

Artiklu: Stewart Said

SIRENS ……………………………… 12

NEPTUNES VIDEOSLOTS…….. 11

(3-3), (5-1), (1-3), (3-4)

Sirens kisbu tliet punti fl-aħjar logħba mill-ewwel ġurnata tal-Enemed Cup. Rebħa kontra Neptunes Videoslots f’logħba li kellhom il-kontroll għal ħafna mill-ħinijiet iżda Neptunes baqgħu jissieltu għar-riżultat sal-aħħar. Il-bidu tal-logħba żammet mal-aspettattiva. Ken Erdogan poġġa lil Sirens iżda Neptunes dawru r-riżultat għal 2-1. Madankollu Sirens irnexxielhom iġibu d-draw darbtejn permezz tal-eks Matthias Azzopardi.

Sirens ħadu l-kontroll tal-logħba f’idejhom u b’ħames gowls konsekuttivi, bnew vantaġġ ta’ 8-4 li sa dak il-ħin deher komdu. Reazzjoni minn Neptunes li fit-tielet sessjoni reġgħu daħlu fil-logħba u qatgħu d-distakk għal żewġ gowls biss.

Fl-aħħar sessjoni, Neptunes komplew isegwu lill-avversarji iżda resqu biss gowl minn taħt fl-aħħar żewġ minuti u nofs tal-logħba. Fl-aħħar azzjonijiet, Neptunes kważi salvaw punt iżda ma rnexxielhomx isibu l-gowl tad-draw, bil-gowlkiper Thomas Micallef isalva l-aħħar attakk tal-avversarji.

Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (2), J. Zerafa Gregory, G. Farrugia (2), M. Chircop (2), I. Riolo, G. Sammut, M. Cutajar, M. Sciberras (2), M. Azzopardi (4), M. Bonello Dupuis, K. Agius, W. Ruggier

Neptunes: A. Borg Cole, D. Bugeja, S. Gialanze (3), G. Pace (2), L. Mallia (1), M. Zammit, M. Castillo (1), J. Camilleri (3), B. Zammit, J. Bajada (1), E. Bonnici, C. Cutajar, M. Farrugia, M. Aquilina, S. Mifsud

Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri

EXILES WELBEE’S……… 9

VALLETTA IZIBET……… 6

(1-2), (2-3), (2-0), (4-1)

Exiles Welbee’s kellhom l-aħjar bidu possibbli wara li dawru telfa f’rebħa kontra Valletta Izibet. Valletta bnew vantaġġ doppju fl-ewwel sessjoni, b’Matteo Martellacci jnaqqas id-distakk. Exiles irnexxielhom iġibu d-draw fit-tieni sessjoni iżda seħħ inċident li seta’ kellu impatt fuq il-logħba.

Mark Fenech tkeċċa għal brutalità wara daqqa lil Kyle Cremona, b’konsegwenza li Exiles kellhom jilagħbu erba’ minuti bi plejer anqas. Valletta skorjaw il-penalty minn dik l-azzjoni iżda f’dawn il-minuti, Valletta skorjaw biss darba permezz ta’ Julian Chircop.

Exiles irkupraw l-iżvantaġġ ta’ 5-3 fit-tielet sessjoni b’gowls ta’ David Fenech u Niall Saliba. Kollox ġie deċiż fl-aħħar sessjoni b’Exiles jieħdu vantaġġ mill-għajja tal-plejers Beltin u kabbru d-distakk għal 9-5 bil-gowl lejn it-tmien ta’ Sebastian Busuttil ikun inutli.

Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari (1), L. Pursehouse, L. Gialanze (1), M. Martellacci (2), S. Xerri de Caro, M. Fenech, K. Griscti, N. Paris, D. Fenech (1), M. Aquilina (2), N. Saliba (2), F. Buhagiar, M. Paris Roding, N. Burlin

Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines (1), T. Said, J. Cassar, S. Busuttil (3), J. Pace Mizzi, J. Chircop (1), A. Agius, M. Demarco, K. Cremona (1), M. Xerri

Referees: Ronnie Spiteri u Neville Mercieca

BIRŻEBBUĠA FREEPORT………. 7

SAN ĠILJAN JP PROJECTS…… 12

(2-4), (0-3), (0-3), (5-2)

San Ġiljan ukoll bdew fuq nota pożittiva l-Enemed Cup tagħhom. Kif mistenni kellhom il-logħba taħt kontroll u t-tliet punti qatt ma kienu f’periklu. Ironikament kienu Birżebbuġa li fetħu l-iskor permezz tal-eks Peter Borg. San Ġiljan wieġbu u marru 3-1 fil-vantaġġ sakemm Ben Grech naqqas id-distakk.

Jake Bonavia għamilhom 4-2 qabel tmiem l-ewwel sessjoni u l-istess plejer skorja doppjetta fit-tieni sessjoni. Flimkien mat-tieni gowl personali ta’ Nikolai Zammit, il-vantaġġ kiber għal 7-2.

Gowls minn Andreas Galea u doppjetta ta’ Ben Plumpton żiedu l-vantaġġ ta’ San Ġiljan għal tmien gowls. Birżebbuġa kellhom iċ-ċans fl-aħħar sessjoni biex jagħmlu l-iskor iktar rispettabbli bis-centre Peter Borg jiskorja tripletta personali.

Birżebbuġa: M. Vassallo, P. Borg (4), N. Cassar, B. Grech (1), S. Bezzina, R. Mock (1), R. Spiteri, K. Grech, D. Farrugia, K. Tanti, G. Mannino, M. Curmi, M. Sladden, M. Ortoleva (1)

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli, A. Galea (2), G. Bonavia, R. Caruana, M. Zammit (1), B. Plumpton (2), J. Bonavia (5), N. Zammit (2), D. Zammit, N. Bonavia, G. Borg, L. Brownrigg, K. Calleja

Referees: Peter Balzan, Stefan Licari

MARSASKALA………………. 8

SLIEMA FRANK SALT……. 13

(2-3), (0-3), (2-3), (4-4)

Sliema Frank Salt ma ddiżappuntawx fl-ewwel ħarġa tagħhom b’rebħa komda kontra Marsaskala. Huma kellhom jirkupraw minn gowl żvantaġġ qabel fetħu distakk ta’ 3-1. Wara li Kyle Navarro naqqas id-distakk, Sliema skorjaw tlieta mingħajr risposta fit-tieni sessjoni u fetħu l-vantaġġ li riedu.

Is-Slimiżi baqgħu jikkontrollaw fit-tieni parti tal-logħba anki jekk Marsaskala pruvaw jibqgħu qrib l-avversarji, b’John Brownrigg u Dino Zammit kabbru d-distakk għal 9-4. L-aħħar sessjoni serviet iktar biex il-kowċis jagħmlu r-rotazzjoni fl-iskwadri rispettivi.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), G. Galea, K. Calleja, R. Greco (1), K. Navarro (1), D. Tully, D. Pace Lupi, G. Sammut (2), J. Ciantar (2), M. Carani (1), A. Muscat

Sliema: A. Bugeja, J. Gabarretta (1), L. Galea (4), D. Rizzo, B. Cachia (2), J. Sciberras, M. Mifsud (1), J. Brownrigg (1), K. Borg, Z. Mizzi (1), D. Zammit (3), Z. Dzanovic

Referees: Alex de Raffaele, Richard Magri

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru

Sliema v Valletta 6.00pm, Exiles v Sirens 7.05pm

Il-Ħadd 11 ta’ Diċembru

San Ġiljan v Marsaskala 10.00am, Neptunes v Birżebbuġa 11.05am