L-għarusa ta’ Raheem Sterling, Paige Milian ta’ 27 sena għaddiet minn trawma meta kienet id-dar ma’ tnejn minn uliedha u spiċċat terroriżżata meta numru ta’ ħallelin daħlu fir-residenza u serqu arloġġi li jiswew £300,000. Kien għalhekk li ftit aktar minn siegħa qabel il-konfront bejn l-Ingilterra u s-Senegal, l-FA Ingliża ħabbret li l-winger ta’ Chelsea Raheem Sterling mhux se jkun parti mill-iskwdra ta’ Gareth Southgte.
L-istqarrija kienet tgħid biss li dan seħħ għal ragunijiet familjari. L-istilla ta’ Chelsea ħalla l-iskwadra Ingliża biex telaq luea Surrey fejn joqgħod bil-barka tal-Manager tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate li f’kummenti qal li l-familja tiġi qabel il-football. Is-serqa saret is-Sibt filgħaxija bi Sterling jaqbad titjira lejn Londra biex ikun mal-familja tiegħu.
Meta tkellem wara l-partita, Gareth Southgate qal li ma kienx jaf jekk Sterling hux se jirritorna l-Qatar fil-ħin għall-konfront ta’ kontra Franza nhar is-Sibt. Mhux magħruf jekk Paige li taħdem fil-qasam tal-proprjetà Paige ikkonfrontatx lill-ħallelin jew jekk dawn ħarbux meta rrealizzaw li kien hemm xi ħadd.
Kollox jndika li l-kriminali setgħu ħasbu li hi u wlied il-koppja, ta’ ħames u tliet snin, kienu għadhom il-Qatar. Qabel l-ewwel logħba tal-Ingilterra hi poġġiet ritratti taż-żewġ subien tagħhom fuq ‘cruise liner’ f’Doha, li ġibdu attenzjoni kbira fuq il-media soċjali.
Sors tal-familja qal: “Dan kien tal-biża’ għaliha u ovvjament trawmatiku għall-familja kollha. “Raheem qagħad waħda u beda jinkwieta ħafna meta sema’. “Li tkun ‘il bogħod meta s-sieħba tiegħek u uliedek li jkunu d-dar meta tidħol gang armata hija bla kliem. “
Jidher li ttieħdu madwar £300,000 f’arloġġi. Il-pulizija kienu fir-residenza għal diversi sigħat.” Il-kap tat-taqsima nazzjonali tal-intelliġenza ffukata fuq il-kriminalità organizzata serja wissa dwar żieda fir-rejds fuq stilel ta’ l-isport li jkunu attenti għal dak li jkun qed jiġri fuq il-midja soċjali.
Is-Supretenent Carl Williams, qal: “Fid-dinja tal-lum fejn ħafna individwi għonja huma attivi fuq il-midja soċjali l-profil pubbliku sinifikanti tagħhom jista’ jwassalhom ikunu fil-mira. “Il-possedimenti ta ‘valur għoli tagħhom spiss jintwerew kif ukoll informazzjoni dwar il-pjanijiet tagħhom.”
//= $special ?>