Lokali

SURVEY: Il-Partit Nazzjonalista jżid l-appoġġ

L-aħħar stħarriġ ippubblikat mill-MaltaToday jindika li l-Partit Nazzjonalista żied l-appoġġ tiegħu fost l-elettorat. Dan filwaqt li l-Labour naqqas għat-tielet survey konsekuttiv.

Għalkemm il-PN żied, u qed igawdi appoġġ ta’ 24.2 fil-mija, id-distakk bejn iż-żewġ partiti hu ta’ 12.2 fil-mija.

Is-survey tal-MaltaToday sar bejn it-22 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru – fl-istess perijodu meta faqqgħet il-kontroversja dwar l-abort.

L-istħarriġ juri wkoll li żdied l-appoġġ fil-Kap tal-PN Bernard Grech.