Lokali

AĠĠORNATA: Raġel imut wara li qala’ daqqiet ta’ mus f’Paceville

Tragedja f’San Ġiljan.

Dan hekk kif raġel mir-Rumanija tilef ħajtu wara li kien involut f’argument fi Triq Ross, f’San Ġiljan..fiz-zona ta’ Paceville…zona frekwentata minn diversi persuni…fid-dawl tax-xemx.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs tat-Tnejn waranofsinhar meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittma ta’ 44 sena qala’ daqqiet ta’ mus waqt argument li nqala bejn aktar minn zewg persuni.

Minnufih gew imsejha fil-post ufficjali tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-Rumen l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn sfortunatament aktar tard huwa tilef il-battalja mal-mewt.

Filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin, il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għall-aggressuri li ħarbu minn mill-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea.

Dan huwa t-8 omiċidju li kellna f’pajjiżna din is-sena.