Lokali Parlament

Appell biex tinbidel l-emenda tal-gvern

Justin Schembri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri appella lill-gvern biex il-gvern ibiddel l-emenda li biha se jdidaħħal l-abort.

Fil-parlament Justin Schembri qal li l-gvern jiddikjara li għandu l-maġġoranza jipprova jsikket lill-Oppożizzjoni li hi obbligata topponi meta tħoss. Hu sostna li fid-dimostrazzjoni tal-Ħadd li għadda organizzata minn Life Network kontra l-abort fil-Belt l-poplu tkellem bl-eluf favur il-ħajja.

Minkejja l-mandat li l-gvern għandu biex imexxi l-pajjiz, il-gvern m’għandux mandat biex idaħħal l-abort. Id-deputati għandhom obbligu li jkunu onesti, veritieri u ċara u għalhekk m’għandhomx jaċċettaw emendi li bihom jiddaħħal l-abort.

Hu fakakr li qabel l-elezzjoni kemm il-PN kif ukoll il-PL ħalfu li mhux se jdaħħlu l-abrot f’Malta; għalhekk l-emendi proposti mill-gvern imorru kontra dak li dawn iż-żewġ partiti politiċi resqu bihom quddiem l-elettorat. Il-poplu qed jitkellem b’mod ċar, sostna Justin Schembri, li appella lid-deputati u uffiċjali tal-PL biex jitkellmu biex it-tarbija fi-ġuf tkun protetta.

L-aktar punt importanti hu l-eżistenza tal-bniedem, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella biex jirbaħ is-sens komun u l-gvern ikun umli li jaċċetta li jsiru emendi fuq din l-emenda li jrid iressaq il-gvern.