Sport Sport Ieħor

Blackball: Bħalissa għaddejjin il-kompetizzjonijiet tal-Milied

Bħal kull sena l-Malta Blackball Association qed torganizza l-Community Christmas Trophy fejn issa saru magħrufa t-tmien timijiet li għamluha għall-kwarti tal-finali li jintlagħbu bejn it-Tnejn u t-Tlieta.

Fil-kwarti tal-finali issa jkolna dawn il-logħbiet:

Selmun Bar C v Taċ-Ċaċċu Qormi

Valletta Fossa Boys v Juve Birkirkara B

PL Balzan A v Jojo’s Birżebbuġa B

Di Santos Qormi v PN Mġarr

Sadanittant sar ukoll ir-rawnd preliminari tar-Regional Christmas Trophy fejn Ħamrun 147 C eliminaw lil Birkirkara Duke’s A 21-16 filwaqt Mosta St Mary’s A komplew bil-mument pożittiv tagħhom fejn għelbu lil Birkirkara Boċċi 21-3.

Bejn it-Tnejn u t-Tlieta jintlagħbu l-kwarti tal-finali li wkoll ikunu fuq żewġ legs hekk kif Każin Pinto Qormi B jilagħbu kontra Ħamrun 147 C, San Ġwann Nick’s A kontra Mosta St Mary’s A, Birkirkara Youngsters kontra Selmun Bar A filwaqt li fl-aħħar kwarti tal-finali, San Ġwann White Hart jaffaċċjaw lil Juve Birkirkara A.