Floriana Ajax komplew bil-bidu pożittiv tagħhom matul dan l-istaġun fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Malta Darts Association meta kisbu l-ħames rebħa konsekuttiva wara li ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lil Top Gun Bar 7-1.
Fgura Kenky Bar kisbu rebħa tajba ta’ 5-3 kontra Ħamrun Education sabiex qabżuhom fit-tieni post tal-klassifika.
Tim A Ħamrun Bayern kisbu t-tielet rebħa tal-istaġun meta għelbu 5-3 lil Sliema Inter DC.
Manchester Conquest Pub kisbu t-tieni rebħa tagħhom f’konfront difficli kontra Tim B Ħamrun Bayern meta rebħu 5-3.
Fit-tieni diviżjoni, Birżebbuġa Lions baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lil Mqabba tal-Ġilju 5-3 filwaqt li PO’s Bar żammew it-tieni post wara rebħa ta’ 6-2 kontra Fgura Maypole.
Fit-tielet diviżjoni, Birgu Boċċi jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika wara li ddominaw lil Mqabba FC 7-1 filwaqt li Juventutis Domus u Duke’s A temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 4-4.
//= $special ?>