IZI Group plc, l-akbar operatur tal-gaming f’Malta u l-operatur ġdid tal-Lotterija Nazzjonali ta’ Malta huma sponsors ewlenin tad-‘Diplomazija astuta’, il-Padiljun uffiċjali ta’ Malta fid-59 Wirja Internazzjonali tal-Arti La Biennale Di Venezia, ikkummissjonat mill-Arts Council Malta.
‘Diplomazija astuta’ hija waħda mill-ewwel xogħlijiet tal-arti fid-dinja li rċeviet carbon neutral certification. It-tim kuratorjali tal-Padiljun ta’ Malta ta ħarsa lejn l-arti li jeħtieġ li terġa’ taħseb ir-rwol tagħha filwaqt li tnaqqas l-impatt ambjentali u l-emmissjonijiet CO2 – bħala reazzjoni għall-kriżi ambjentali u klimatika attwali.
Il-Padiljun ta’ Malta reġa’ mmaġina l-artal seminali ta’ Caravaggio bħala installazzjoni kinetika u skulturali. Permezz tal-użu tal-induction technology, l-artist parteċipant Arcangelo Sassolino iwaqqa l-azzar imdewweb minn struttura overhead f’seba’ kontenituri rettangolari ta’ ilma.
Waqt taħdita bl-isem “Per un’arte responsabile” li saret fil-21 ta’ Ottubru 2022 fl-Arsenale di Venezia, it-tim kuratorjali u speċjalisti ewlenin fil-qasam tal-azzjoni globali għall-klima esplora l-istorja tal-każ tal-installazzjoni ta’ Sassolino. Dan ipprovda datagħal diskussjoni dwar il-kurrenti prattiċi fis-sostenibbiltà, l-innovazzjoni, u l-prattika artistika.
Ikkoordinat minn Massimo Cocco, il-panel kien jikkonsisti minn Andrea del Mercato, Direttur Ġenerali ta’ La Biennale di Venezia; Keith Sciberras,Kuratur u Professur fil-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta; Romina Delia mill-Arts Council Malta u Susanna Sieff, Konsulenta għas-Sostenibbiltà;
Michela Gallo, CEO u Fundatur ta’ TETIS INSTITUTE (Università ta’ Genova); Elisa Riva, Kap tal-Marketing u Komunikazzjoni fuq CARBONSINK; Arcangelo Sassolino, artist u kontributur tal-Padiljun ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezia ta’ din is-sena.
“L-appoġġ tagħna għal inizjattiva ta’ din in-natura jifforma parti mill-istrateġija ESG in-ġenerali’ qal Franco De Gabriele – Uffiċjal Kummerċjali Kap tal-IZI Group plc. Huwa kompli jgħid li bħal kull negozju ieħor marbut mal-ambjent, soċjali u governanza, il-Grupp ħoloq proposta ESG bbażata fuq l-għoti ta’ appoġġ sinifikanti partikolarment lill-arti u l-kultura, l-isport u l-edukazzjoni. It-tema ppreżentata fil-‘Biennale di Venezia’, li fiha l-arti responsabbli kienet fil-qalba tad-diskussjoni, hija tema li japprovawha peress li ddur mal-kunċett ta’ sostenibbiltà u responsabbiltà f’wieħed mill-pilastri ewlenin tas-soċjetà moderna – l-arti.
//= $special ?>