Lokali

Diskussjoni dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà

Għall-ġimgħa ddedikata lill-persuni b’diżabbiltà, it-Tnejn filgħodu saret konferenza dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà fejn ġew diskussi l-isfidi li diversi persuni b’abbiltajiet varji jgħaddu minnhom ta’ kuljum.

Fost it-temi li ġew diskussi kien hemm l-edukazzjoni fejn intqal li minkejja li sar progress, irid isir iktar. Diskussi wkoll diffikultajiet fis-saħħa u r-riabilitazzjoni u anke dawk li jesperjenzaw fil-post tax-xogħol.

Matul il-konferenza, dawk preżenti ffukaw fuq artikli li ġew ippublikati mill-United Nations Convention for the Rights of Persons with Disability.

Fost il-persuni fil-panel kien hemm il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Inklużjoni, Graziella Galea illi fakkret li kull persuna għandha l-abbiltajiet tagħha u b’hekk wieħed kapaċi jimxi ‘l quddiem.

Graziella Galea qalet li minn ta’ età żgħira s-soċjetà għandha tgħallem l-integrità lil kull persuna … filwaqt li niftakru li mhux kull diżabbiltà tidher.

Il-Kelliema għall-Inklużjoni kompliet li l-awtoritajiet konċernati jridu jassiguraw li kull persuna jkollha impjieg ta’ dinjità filwaqt li jassiguraw inklużjoni vera fost kullħadd.