Lokali Parlament

Huma biss dawk favur l-abort li qed jaqblu mal-gvern

Graham Bencini,

Id-deputat Nazzjonalista Graham Bencini qal li huma biss dawk favur l-abort li qed jaqblu mal-gvern f-emenda li biha se jiddaħħal l-abort.

Fil-parlament Graham Bencini qal li fejn tidħol il-ħajja m’hemmx lok ta’ partiġġjaniżmu u d-dibattitu għandu jkun iffukat biss fuq il-fatti. Hu sostna li l-mod kif inkiteb l-abboz, qed ibexxaq il-bieb biex jidħol l-abort. Dan hu fejn il-PN mhux jaqbel mal-Gvern, sotna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li huma biss dawk li jridu l-abort f’Malta li qed jaqblu mal-Gvern.

Id-deputat Nazzjonalista qal li minn meta r-Renju Unit daħħal l-abort fl-1967, inqatlu 10 miljun tarbija fil-ġuf; din il-liġi kienet l-istess bħal dik li qed idaħħal il-gvern Laburista. Jirriżulta li 98% minn dawn l-10 miljuni saru għal raġunijiet ta’ saħħa mentali.

Graham Bencini qal li t-tobba stess qed jgħidu li jaqblu mal-emenda tal-akkademiċi u sostna li l-gvern hu determinat li jgħaddi l-emenda li jrid minkejja l-proposta tal-akkademiċi.

Hu sostna li din l-emenda tal-akkademiċi għandha l-appoġġ tal-ex Presdient ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, ta’ 44 għaqda volontarja u ta’ 450 tabib. Minkejja dan, il-gvern xorta jibqa’ jippersisti biex jgħaddi din il-liġi li ddaħħal l-abort; dan hu abbuż mill-maġġoranza elettorali li l-poplu tah iżda li ma tahx biex idaħħal l-abort.