Lokali Parlament

Il-gvern għandu jaċċetta li jħallas il-flus mill-kontijiet li kulħadd jaqbel li nsterqu; anki l-gvern

Adrian Delia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia sostna fil-parlament li l-gvern għandu jaċċetta li jħallas il-flus mill-kontijiet li kulħadd jaqbel li nsterqu; inkuż il-gvern.

Adrian Delia qal l-Electrogas tfisser skandli u sostna li ma’ din hemm il-kumpaniji u l-persuni li kienu involuti f’dan it-taħwid biex jinħatfu porzjonijiet kbar.

Wara l-Electrogas xorta jridu jinxtraw il-fuels mingħand kumpanija fl-Ażerbajġan biex ma jinxtarax mingħand il-kumpanija diretta. Dan qed jiswa €40 miljun fis-sena u minn dawn iridu jitqassmu t-tariffi u l-commissions lil min min irranġa dawn il-kuntratti.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li kien gvern Nazzjonalista li ppjana l-interconnector u sostna li snin ilu l-PN sar jaf li kien hemm serq li kien ġej mill-mod kif qed titħaddem il-liġi.

Il-qoti stabbiliet li l-konsumaturi qed iħallsu iktar, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-liġi li qed jipproponi l-gvern hi tajba. Il-PN qed jinsisti li din il-liġi għandha tapplika għal qabel għaliex is-serq kien ilu għaddej snin.

Adrian Delia li l-ex Prim Ministru Joseph Muscat kien qal fl-2018 li fl-2019, sena wara, kien se jirranġna din is-sitwazzjoni. L-Awditur Ġenerali kkonkluda li s-serq jammonta għal €6.5 miljun kull sena; fuq dan hemm qbil. Allura jrid ikun hemm qbil ukoll li l-poplu jieħu dak kollu li nsteraqlu, sostna d-deputat Nazzjonalista.

Id-deputat Nazzjonalista qal l-Awditur Ġenerali kkonkluda li s-serqa tammeta għal €6.5 miljun kull sena u sostna li fuq dan hemm qabil anki mill-gvern.

Il-mozzjoni tal-PN tipproponi li l-gvern għamel liġi tajba iżda ktun applikata mis-sens 2014. għaliex il-gvern ma jaqbilx ma’ din il-mozzjoni? S’issa l-gvern mhux jgħid li m’hemmx flus għal dan. Hu staqsa wkoll għaliex ma jkunx hemm qbil li l-poplu jieħu dak kollu li jkun insteraq.

Il-gvern ma jridx jagħmel ġustizzja sħiħa mal-poplu, sostna Adrian Delia, li kompla li l-PN ilu jwiegħed dan għal numru ta’ snin u għalhekk il-gvern għandu jaqbel ma’ din il-mozzjoni.