Lokali Parlament

Il-gvern ma jismax meta jiġi biex idaħħal riformi

Stanley Zammit, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal li l-gvern ma jismax mill-esperti u l-eprsui involuti meta jiġi beix idaħħal diversi riformi fis-soċjetà.

Fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal li gvern qed jagħti faħma u mhux rigal lill-poplu Malti permezz tad-dħul tal-abort. Hu sostna li l-gvern qed idawwar il-fiduċja li tawh in-nies billi jibqa’ għaddej minn fuq kulħadd, anki minn fuq it-trabi fil-ġuf.

Il-PL issa qed jevita li juża l-kelma abort, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern ma semax f’diversi riformi li daħħal fosthom dik dwar il-kannabis.

Stanley Zammit sostna li l-gvern se jikkodifika prattika professjonali etika li ħadmet f’liġi li tftaħ il-bibien għall-abort; il-gvern se jħalli l-qtil tal-ulied u wara se jwaħħal fis-sistema. Hu kompla li l-esponenti favur l-abort qed jikkritikaw lill-gvern mhux għax se jdaħħal l-abort li kont huma mhux tajjeb biżżejjed.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN hu kollu magħqud kontra l-abort u sostna li l-PN hu determinat li jissalvagwardja lill-professjonisti kollha.