Lokali Parlament

Il-gvern sab €40 miljun għall-Electrogas iżda ma jridx iħallas lura s-serq lill-poplu

Mark Anthony Sammut, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut sostna fil-parlament li l-gvern Laburista sab €40 miljun biex itihom lill-Electrogas iżda ma jridx iħalls lura l-flus li seraq lill-poplu Malti fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Meta kienq e djitkellem fil-parlament Mark Anthony Sammut fakkar kemm il-PL kien jappoġġja lill-ex Ministru Konrad Mizzi u qabel l-2013 kienu qalu li kellhom pjan dettaljat għall-enerġija.

Hu qal li fl-2013 hu kien jgħid lil Konrad Mizzi li l-wiegħdi li kien qed jagħmel Konrad Mizzi ma kinux vijabbli; inkluż il-prezz stabbli għal 10 snin u l-ħażniet fuq l-art.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern Laburista mhux biss ma qatax id-dejn tal-Enemalta iżda biegħ l-Enemalta waqt li l-power station tal-HSBC, li tant kien jikkritikaha, biegħha liċ-Ċiniżi.

Hu qal li l-Awditur Ġenerali stess ikkonferma li ma kienx hemm korruzzjoni fil-power station iżda l-Awditur Ġenerali sab il-korruzzjoni fil-power station tal-Electrogas.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern għandu jispjega fejn marru l-€400 miljun f’sussidji u kompla li l-poplu qed iħallas għall-prezz tal-korruzzjoni tal-gvern Laburista fl-enerġija.

Mark Anthony Sammut spjega kif qed isir is-serq fil-kontijiet tal-Enemalta u qal li l-qorti stabbiliet li kienet is-sistema li l-gvern qed iħaddem li fil-fatt kienet qed tikser il-liġi u mhux l-avviż legali. Hu qal li l-poplu tilef il-25% roħs fil-kontijiet li l-gvern Laburista kien wiegħed.

Dwar il-kontijiet hu qal li l-pubbliku ma kienx effettwat mill-pro-rata kif qed jallega l-gvern. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PN mhux jaqbel li l-avviż legali jkun effettiv mill-1 ta’ Jannar 2022 għaliex dan għandu jkun effettiv mill-1 ta’ Jannar 2014.

Il-PN irid li l-poplu jieħu dak li ħallas żejjed fil-kontijiet, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li 80% tal-persuni li marru għand il-PN bil-kontijiet kienu ħallsu ammonti żejda li wħud minnhom amontaw sa €800 fis-sena.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Awditur Ġenerali wasal għall-konklużi ta’ serq ta’ €6 miljuni fis-sena; eżatt l-ammont li l-gvern irid jagħti lura. Dwar meta daħlet is-sistema, id-deputat Nazzjonalista hu qal li fl-2018 żgur kienu jafu għaliex tkellem il-PN u l-ex Prim Ministru Joseph Muscat kien ammetta. Il-gvern lanqas għandu diċenzja jagħti l-flus minn meta qalu li nudmaw!

Id-deputat Nazzjonaista kompla li l-Gvern għandu jivvota favur din il-mozzjoni u għall-inqas iressaq emenda biex issir il-korrezzjoni tkun effettiva mill-2009 u l-Oppożizzjoni tivvota favur.

Anzi magħha l-gvern għandu jagħti rendikont ukoll fuq meta s-sistema bdiet tisraq lin-nies; jekk il-gvern jemmen f’dak li qed jgħid, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li jekk il-gvern ma jammettix dan allura jkun qed jammetti li mhux minnu li din bidet fl-2009.

Il-gvern sab €40 miljun lill-Electrogas biex jinħafru iżda qed jirrifjuta li jsib il-flus għall-poplu li nsteraq u hu vittma ta’ inġustizzja, sostna d-deputat Nazzjonalista.