Lokali Parlament

Il-gvern stess ammetta li qed jisraq mill-kontijiet

David Agius, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Agius sostna fil-parlament li l-gvern Laburista stess ammetta li qed jisraq lill-poplu mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

David Agius qal li l-gvern hu konvint llum qed jgħid li mhux se jkompli jisraq lill-poplu Malti u se jagħti lur bsis sena waħda biss ta’ serq. Il-gvern qed jammetti li kien hemm is-serq tant li l-gvern bidel is-sistema.

Il-flus mis-serq marru għand l-Enemalta li tħalla Hu qal li l-Enemalta lill-Electrogas li jmur għand is-Socar li jmur għand ix-shell.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ex Prim Ministru Joseph Muscat kien wiegħed li jsolvi l-anomaliji fl-2019 iżda dan ma seħħx. Il-gvern jaf li sar dan is-serq fejn anki l-qorti kkonfermatu, sostna David Agius, li kompla li l-gevrn għandu jdehj amrbutin minħabba l-korruzzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fuq din il-korruzzjoni hemm rapporti anki mill-Awditur Ġenerali. Hu sostna li quddiem din is-sitwazzjoni l-Gvern għandu jirrifondi l-flus kollha misruqa lill-poplu Malti.