Lokali Parlament

Il-ħajja għandha valur kullimkien; fil-ġuf u barra


Albert Buttigieg, PN


Id-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal li l-ħajja għandha valur kullimkien; kemm fil-ġuf kif ukoll barra.

Fil-parlament Albert Buttigieg qal li dan hu gvern li jisma’ biss lil min irid u fejn ma jridx ikun arroganti; din l-emenda tikkonferma l-attitudni ta’ arroganza tant li ma jridx jisma’ lis-soċjetà, lil 450 tabib, lill-eluf li ħarġu jiprpotestaw, lill-President Emeritu Marie Lousie Coleiro, lil 24,000 ċittadin li ma ffirmaw il-petizzjoni favur il-ħajja u lill-maġġoranza siekta li ma tridx l-abort.

Dan flimkien ma’ 80 akkademiku ta’ esperjenza kbira iżda flok il-gvern beda djalogu, qed jisma’ biss minn dawk il-ftit li jrid jisma’.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern qed jikkwota biss fejn u lil min irid dwar l-abort u s-saħħa tal-mard; jeħtieġ definizzjoni ċara biex ma jkunx hemm interpetazzjonijiet varji.


Hu qal li kull liġi għandha glossarju u t-tobba għandhom ir-regoli li jridu jimxu magħhom u appella li l-gvern għandu jispjega bil-miktub id-definizzjonijiet neċessarji. Dan hu gvern supperv li qed joffendi lil tant esperti li waslu biex ressqu proposta lill-gvern.


Id-deputat Nazzjonalista espriema solidarjetà ma’ dawk li għaddew mal-abort u appella biex is-soċjetà tibqa’ umana f’kull sitwazzjoni. Il-valur tal-ħajja mhux biss fil-ġuf iżda anki barra u meta l-ħajja tkun qed titħabat fil-mewġ tal-Mediterran.

Kull ħajja għandha valur, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella biex il-Prim Ministru jkollu d-dehen biex jifhem li l-maġġoranza hi favur il-ħajja u kontra l-abort.