Il-Kroazja għamluha għall-kwarti tal-finali wara l-għoti tal-penalties wara li sal-ħin barrani l-iskor baqa’ dak ta’ 1-1. Il-Ġappun marru minn fuq fit-43 minuta permezz ta Maeda bil-Kroati jġibu l-gowl td-draw fis-56 minuta minn Perisic. Il-goalkeeper Kroat Dominik Livakovic kien protagonist metalaqa’ tliet penalties minn erba’.
Wara biss tmien minuti logħob kien Ivan Perisic li rnexxielu jidħol fil-kaxxa avversarja u prova xutt minn qagħda angolata bil-goalkeeper Ġappuniż iwettaq save mill-aqwa u jċaħħad lill-Kroati minn gowl kmieni.
Fil-41 minuta ċans għal Ġappun permezz ta’ Daich Kamada li minn pożizzjoni tajba ra x-xutt tiegħu imur għoli.
Il-Ġappuniżi fetħu l-iskor fit-43 minuta permezz ta’ Daizen Maeda li mill-viċin għeleb lil Livakovic. Il-gowl kien ikkonvalidad mill-VAR hekk kif kien hemm dubju ta’ offside. L-ewwel taqsima għalhekk intemmet 1-0 favur il-Ġappun.
Il-Kroazja ġabu l-gowl tad-draw fis-56 minuta meta minn kross ta’ Lovren kien il-midfielder ta’ Tottenham Ivan Perisic li b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil Gonda. L-iskor baqa’ dak ta’ 1-1 sad-90 minuta u l-partita marret għal ħin barrani.
Fl-ewwel taqsima tal-ħin barrani il-Ġappun kellhom ċansmeta kien Kaoru Mitoma li wara li qabeż plejer prova xutt minn tarf il-kaxxa iżda sab lil Livakovic attent li laqa’ tajjeb. L-aktar ċans perikoluż fit-tieni taqsima tal-ħin barrani wasal għand il-Kroazja fl-aħħar minuti bil-plejer ta’ Rennes Lovro Majer jipprova xutt minn tarf il-kaxxa li għadda kemmxejn barra. L-iskor baqa’ ma nbidilx u l-logħba kella tmur għall-għoti tal-penalties.
Il-Kroati ħarġu rebbieħa bl-għoti tal-penalties wara li huma skorjaw tlieta permezz ta’ Vlasic, Brozovic u Pasalic filwaqt li l-Ġappun skorjaw biss wieħed permezz ta’ Asano.
//= $special ?>