Internazzjonali

Il-lava mill-vulkan tal-Hawaii riesqa viċin triq ewlenija

Il-lava mill-iżbroff tal-vulkan Mauna Loa li għaddej bħalissa tinsab madwar żewġ mili milli tilħaq awtostrada kruċjali fuq il-gżira l-kbira tal-Hawaii, skont aġġornament mill-US Geological Survey. 

Il-lava hija biss mili milli potenzjalment tikkawża tfixkil kbir fl-awtostrada Daniel K. Inouye, iżda l-esperti qalu li probabbilment mhux se jsiru xi tentattivi biex il-fluss tal-lava tmur f’direzzjoni oħra minħabba storja ta’ fallimenti għaljin. 

Xi xjenzati u residenti tal-Hawaii jqisu wkoll il-fluss tal-lava bħala fenomenu naturali – mhux xi ħaġa li trid tiġi mfixkla. 

Barra minn hekk, ħafna nies fil-Hawaii jqisu l-ħin tal-iżbroff ta’ Mauna Loa bħala partikolarment sinifikanti. Il-vulkan żbroffa fit-28 ta’ Novembru, Jum l-Indipendenza tal-Ħawaii, li jfakkar meta l-pajjiż ġie rikonoxxut bħala renju sovran fl-1843.