Lokali Parlament

Il-mara jeħtiġilha appoġġ biex ma tasal qatt twettaq abort

Janice Chetcuti, PN

Id-deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti qalet fil-parlament li għandu jkun hemm iktar edukazzjoni sesswali, kontraċettivi u appoġġ għal nisa li jgħixu f’sitwazzjonijiet ta’ vjolenza domestika. Il-mara m’għandha titħalla qatt li tewttaq abort.

Id-deputat Nazzjonalista qaet li bħal omm kellha sitwazzoni diffiċli waqt it-tqala tant li kienet se titlef liż-żewġ trabi tagħha. Hi semmeit id-diffikultajiet tagħha għaliex kien diffiċli li uliedha jitwieldu ħajjin u sosniet li llum iktar topponi l-abort.

Janice Chetcuti qalet li dawk in-nisa li jkunux jistgħu jżommu lit-tarbija għandhom jagħtuha għall-adozzjoni.

Hi qalet li l-koppji li jadottaw għandu jkun faċilitat bi proċess effiċjenti biex lmmjiet ikunu jistgħu jafdaw li uliedhom se jkollhom futur.

Id-deputat Nazzjonalista qaet li hi mhix femminista jekk femminista tfisser li tista’ tagħżel jekk toqtolx lit-tarbija tagħha; ħadd m’għandu dritt jittermina l-ħajja ta’ ħaddieor. Hi sostniet li ma tridx li fuq il-kuxjenza jkollha li kienet iffaċilitat li mara oħra tieħu deċiċjoni li tibqa’ magħha tul ħajjitha kollha u biex tinqered ħajja oħra.