Futbol Sport

Inter jiskorjaw sitta kontra Gżira United f’partita ta’ ħbiberija

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Rowen Camilleri

GŻIRA U…………1

INTER…………….6

Gżira U: D. Zarkov (D. Cassar 65’)(K. Zammit 84′), G. Bohrer, A. Borg (N. Taliana 84′), L. Tabone, N. Muscat (M. Alouzi 84′), S. Pisani (T. Koleha 46’), Z. Scerri (C. Gauci 46’), L. Riascos, R. Correa Duarte (M. Dias 46’), B. Borg (T. Espindola 65’), J. De Assis (M. Maia 46’)

Inter : S. Handanovic (A. Cordaz 66’), R. Gagliardini (F. Dimarco 46’), R. Gosens (D. Curatolo 46’), E. Dzeko (N. Barella 46’), R. Bellanova (S. Di Pentima 76’), K. Asslani (N. Iliev 66’), F. Acerbi (N. Biral 76’), H. Calhanoglu (H. Mkhitaryan 46’), M. Skriniar (T. Guerico 76’), V. Carboni (A. Stankovic 66’), A. Bastoni (A. Fontarosa 66’)

Referee: Matthew Degabriele

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Mitchell Scerri

Skorjaw: R. Bellanova 17’, K. Asslani 26’, H. Calhanoglu 39’, R. Gosens 41’, F. Dimarco 71’, H. Mkhitaryan 90′ (I), J. De Assis 32’ (G)

F’partita ta’ ħbiberija fit-Tony Bezzina Stadium Inter għelbu lil Gżira United 6-1. Inter bdew b’formazzjoni pjuttost b’saħħitha fejn Simone Inzaghi għażel li jibda plejers bħal Edin Dzeko, Milan Skriniar, Robin Gosens, Samir Handanovic u Hakan Calhanoglu.

Qabel il-bidu tal-konfront il-President ta’ Gżira United Sharlon Pace preżenta tifkira kommomerattiva lid-Direttur Sportiv ta’ Inter Piero Ausilio.

Wara sitt minuti kross ta’ Gagliardini jasal għand Dzeko li x-xutt mill-ewwel tiegħu ikun dgħajjef u Zarkov laqa’ faċilment. Fis-17-il minuta Inter fetħu l-iskor permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Raoul Bellanova. In-Nerazzuri għamluhom tnejn fis-26 minuta b’xutt mid-distanza tal-Albaniż Kristjan Asslani li għeleb għal kollox lil Zarkov.

Gżira kellhom l-ewwel xutt lejn il-lasti minn Jefferson De Assis fit-32 minuta li b’xutt sabiħ inpenja lil Handanovic li kellu jdawwar f’korner. Mill-istess korner il-Maroons naqsu d-distakk permezz tal-istess Jefferson de Assis li minn kross ta’ Steve Pisani kompla għal ġewwa.

Inter għamluhom tlieta fid-39 minuta minn free-kick mill-isbaħ ta’ Hakan Calhanoglu. Għaddew biss żewġ minuti u Inter skorjaw ir-raba’ gowl minn ħarba ta’ Robin Gosens li wara li avvanza fil-kaxxa minn quddiem Zarkov ma żbaljax.

Fl-ewwel minuta tat-tieni taqsima s-sostitut ta’ Gżira Maxuell Maia avvanza max-xellug u prova xutt b’saħħtu li Handanovic kellu jilqa’ b’diffikultà qabel mad-difiża tajret il-periklu.

Fid-59 minuta Inter laqtu l-lasta minn daqqa ta’ ras ta’ Francesco Acerbi minn korner mogħti minn Federico Dimarco.

Inter skorjaw il-ħames gowl fis-70 minuta minn azzjoni mibdija minn Mkhitaryan li qassam lejn Federico Dimarco li b’xutt angolat għeleb lil David Cassar. Fid-90 minuta Inter skorjaw is-sitt u l-aħħar gowl permezz daqqa ta’ rast mill-viċin ta’ Henrikh Mkhitaryan minn kross ta’ Dimarco.

(Ritratt: Catriel Farrugia)