Lokali

Is-CRPD bla pożizzjoni dwar l-abort

Il-poplu Malti u Għawdxi ilu jiem sħaħ jiddibatti l-emenda proposta mill-Gvern; emenda li qed tkun meqjusa bħala waħda li se tiftaħ il-bieb għall-abort f’pajjiżna.

Minkejja dan, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà qed tghid li l-Kummissjoni li tmexxi hi m’għandiex pożizzjoni dwar dan is-suġġett.

“Le, m’għandnix pożizzjoni dwar dan,” qalet Samantha Pace Gasan.

Dan minkejja li mill-inqas ħames għaqdiet li jirrepreżentaw persuni b’diżabbiltà…. ħarġu jappoġjaw il-pożizzjoni tal-esperti dwar din l-emenda.

“M’jien mgħarfa dwar l-ebda għaqda li ħarġet kontra din l-emenda, jista’ jkun hemm kien hemm individwi iżda mhux għaqdiet,” qalet Samantha Pace Gasan.

L-għaqdiet Gozo Aid for the Visually Impaired, Gozo Association for the Deaf, Malta Federation of Organisations for Persons with Disability, il-Muscular Dystrophy Group, u n-National Parents Society of Persons with Disability kollha ħarġu kontra l-mod kif din l-emenda ġiet miktuba.

Abbozz ta’ liġi li bih l-Prim Ministru Robert Abela qed jikser il-kelma li ta lill-poplu Malti u Għawdxi meta f’Jannar tas-sena 2020 stqarr ma kienx se jintroduċi l-abort f’pajjiżna.