Aħbarijiet pożittivi għal wieħed mill-ħaddiema li spiċċa ferut serjament fil-każ tal-bini illi krolla f’Kordin; każ li sfortunatament ħasad il-ħajja ta’ ġuvni ta’ 20 sena.
Sorsi mill-Isptar Mater Dei kkonfermaw ma’ Net News illi wieħed mit-tliet ħaddiema li kienu fil-periklu tal-mewt issa ħareġ mill-ITU. Dan wara li wieġeb b’mod pożittiv għall-kura li kien qed jingħata fl-aħħar jumejn.
Fl-ITU għad hemm żewġ ħaddiema oħra, jissieltu għal ħajjithom.