Futbol Sport Ieħor

Kampjonat tan-Nisa: Swieqi jkomplu bil-forma pożittiva b’rebħa konvinċenti fuq Raiders

(Ritratt: Swieqi United FC)

Swieqi United ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Raiders Lija 4-0 sabiex saħħew posthom fl-ewwel post tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Futbol tan-Nisa Assikura.

Birkirkara kienu resqin għar-raba’ rebħa tal-istagun kontra San Ġwann liema partita kienet abbandunata minħabba l-maltemp. Birkirkara kellhom vantaġġ ta’ erba’ gowls skorjati minn Sara Saliba, Kimberley Parnis, Ann-Marie Said u Gaia Milan

Swieqi minn naħa tagħhom fetħu vantaġġ sostanzjali ta’ tlett gowls kontra Lija fejn Fernanda Peinado fetħet l-iskor wara għaxar minuti u t-tielet gowl tagħha dan l-istaġun. Minuta wara kienet il-midfielder Shona Zammit li għamlet l-iskor 2-0 u raba’wieħed tal-istaġun b’Jade Flask bis-sitt gowl tagħha għamlet l-iskor 3-0

Mġarr United telgħu b’10 punti wara li għelbu lil Mtarfa 6-0 fejn Daniela Said Ebejer, Kelly Agius Pace, Rebecca Bajada u Maia Debono skorjaw fl-ewwel taqsima filwaqt li Nicole Grixti u Rodiana Borg għalqu l-iskor ta’ 6-0 fit-tieni taqsima.