Lokali

“Kif nista’ inkun attivista favur id-dinjità tat-tfal, jekk lanqas nagħtihom ċans jitwieldu”

“Jien kif nista’, inkun difensur tad-drittijiet umani tat-tfal, u ma nitkellimx fuq l-aqwa dritt tagħhom – id-dritt li jitwieldu u jgawdu ħajjithom!”

Hekk kitbet dalgħodu l-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca, l-għada tal-protesta nazzjonali li saret fil-Belt Valletta u li għaliha attendew eluf li ħonqu t-toroq tal-Belt Valletta.

Coleiro Preca reġgħet kienet ċara ħafna fi kliemha: “Kif nista’ inkun attivista favur id-dinjita’ tat-tfal u tal-bniedem, jekk lanqas naghtihom cans jitwieldu meta m’hemmx il-periklu ghal hajja ta’ l-Omm!”

Ilbieraħ, il-President Emeritu insistiet illi l-emenda kif imressqa mill-Gvern “ma sserħilniex moħħna li mhux dieħel l-abort f’Malta”.