Lokali

Kummissarju fil-Kunsill tal-Ewropa tikkonferma li l-emenda ta’ Abela hija introduzzjoni għall-abort

Dunja Mijatović, Kummissarju fil-Kunsill tal-Ewropa ddeskriviet l-emenda tal-Gvern ta’ Robert Abela bħala abbozz ta’ liġi li se jintroduċi l-abort f’Malta filwaqt li ddeskriviet dan il-pass bħala l-ewwel pass għad-drittijiet tan-nisa.

Fi kliem mill-aktar sempliċi, hija kkonfermat mingħajr ebda tlaqlieq li l-emenda li jrid li tiġi fis-seħħ il-Prim Ministru Robert Abela hija waħda li se tkun qed tintroduċi l-abort f’pajjiżna.

Dan filwaqt li elenkat lista ta’ istruzzjonijiet li l-Gvern għandu bżonn sabiex jissalvagwardja s-saħħa riproduttiva u sesswali tal-mara fosthom;

Edukazzjoni sesswali aħjar, li jkun hawn aktar kontraċettivi disponibbli kif ukoll affordabbli u aċċess sigur u legali għall-abort.