Is-Soċjetà Filarmonika Sliema se tkun qegħda ttella’ l-Kunċert Vokali u Mużikali tal-Milied il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru fis-7pm fis-Santwarju Marjan tal-Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema.
Dan il-Kunċert se jittellà mill-Banda Ċittadina Sliema li se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast direttur Mro Lesley Tabone bis-sehem ukoll tal-kantanta Nicole Hammett.
Il-programm se jkun ippreżentat minn Antoinette Falzon.
Il-mużika li se tindaqq hija :
“A Christmas Celebration” ta’ Alfred Reed ; “Sleigh Ride” ta’ Leroy Anderson ; “Christmas Finale” arranġata minn John Edmondson ; “Let it Snow” u “Winter Wonderland” arranġanti għall-banda minn Andrew Calleja ; “Christmas Medley” arranġata minn Lorenzo Pusceddu u “Millennium Prayer” ta’ Paul Field arranġata minn Lesley Tabone.
Nicole Hammett se tkun qed tkanta 3 siltiet li huma : “Have Yourself a Merry Christmas” ta’ Hugh Martin u Ralph Blane arranġata għall-banda minn Douglas Wagner ; “O Holy Night” ta’ Raymond Sciberras u “Merry Christmas Everyone” ta’ Shakin’ Stevens arranġata għall-banda minn Lesley Tabone.
Dan il-Kunċert tal-Milied qed jittella’ wkoll bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.
//= $special ?>