Lokali Parlament

L-abort mhux dritt fundamentali

Eve Borg Bonello, PN

id-deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello sostneit fil-parlament li l-ebda qorti Ewropea tad-drititjietta-bniedem ma kkalifikat l-abort bħala dritt fundamentali.

Fil-parlament Eve Borg Bonello qalet li din il-liġi hi abbuż minnha nnfisha kif qed isostnu l-akkademiċi Maltin u sostniet li dan hu wkoll kliem il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca. Hi kompliet li l-gvern għandu jisma’ mill-esponenti Laburisti u ma jinjorax lil dawk li huma favur il-ħajja.

In-nies qed iddur kontra l-Gvern għax il-gvern qed jigdeb. Il-Maltin huma kontra abort; il-PL kien wiegħed li hu kontra l-abort u m’għandux mandat biex idaħħal l-abort.

Il-gvern qed jinqeda bis-saħħa mentali biex idaħħal l-abort iżda ma jinvestix f’dan is-settur. Id-deputati Labiristi li huma favur il-ħajja qed jiġu sfurzati jivvotaw favur l-abort.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-Imħallef Giovani Bonello iddikjara li fl-aħħar 63 sena ma kien l-ebda Qorti Ewropea qatt ma kkwalifikat l-abort bħala fundamentali tal-bniedem.

L-Imħallef Giovanni Bonello qal li l-liġi hi diġà ċara u ma tippenalizzax lit-tobba li jsalvaw il-ħajja tal-mara. L-ebda mediku ma tressaq akkużati li qatlu mara, sostniet Eve Borg Bonello, li qalet li l-emenda tal-akkademiċi toffri protezzjoni għall-omm, għat-tarbija u għat-tobba.