Futbol Sport

Matthew Guillaumier ivvutat BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru 2022

Il-midfielder ta’ Ħamrun Spartans u tat-tim nazzjonali Malti Matthew Guillaumier, ġie vvutat bħala BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru.

Minbarra l-prestazzjonijiet mill-aqwa li kellu, Guillaumier skorja darbtejn f’Ottubru b’gowl wara biss tliet minuti kontra Floriana u ieħor fl-aħħar minuti kontra Mosta, li ta tliet punti importanti lill-Ispartans f’rebħa ta’ 2-1.

Silvio Cassar, Manager tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru 2022 lil Guillaumier li għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.