Lokali Qorti

Mhux ħatja li ttraffikat l-eroina fil-ħabs fl-2006

Mara ta’ 47 sena li kemm il-darba kisret dufrejha mal-ġustizzja ma nstabitx ħatja li aktar minn 16-il sena ilu ttraffikat id-droga eroina fil-ħabs. Il-każ kien dwar envelope biz-zokkor mgħoddi minnha lill-priġunier ieħor li fih instabet id-droga. Nathalie Bonello, dipendenti fuq id-droga u li bdiet dan il-vizzju ta’ età żgħira ma nstabitx ħatha li wettqet dan ir-reat f’Ġunju tal-2006 u dan għaliex qabel ma’ l-envelope għadda minnha għall-ħabsi ieħor, dan fetħu u għaddieħ lill-ħaddieħor.

Mix-xhieda ta’ Philip Zammit espert tekniku li kien nominat fl-inkjesta maġisterjali qal li l-Gwardjan Martin Callus kien infurmah Frankie Pace miċ-ċella numru 12 u gtalbu jġiblu DVD mingħand Bonello miċ-ċella numru 19. Wara li tela’ fil-‘guardroom’ Pace talbu wkoll biex iġiblu ftit zokkor mingħand Bonello.

Il-gwardjan għamel hekk fejn Bonello u fil-każ taż-zokkor għaddietulu permezz ta’ envelope mill-ispy hole tal-bieb taċ-ċella. Meta l-gwardjan iċċekkja maz-zokkor sab qartas bid-droga eroina. Madankollux xhud importanti kien Terrence Azzopardi li dak iż-żmien kien Surġent li qal li Frank Pace kien qallu li dan il-pakkett biz-zokkor kien fetħu qabel ma għaddieh lill-priġunier ieħor fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Mario Mifsud, spiżjar nominat mill-Maġistrat Inwerenti qal li l-evelope li fih instab iz-zokkor u d-droga kien tal-Gvern ta’ Malta kien fuq xi numru u ittri u labet bajda bl-kliem “Fingerprints do not touch” Fuqu kien hemm ukoll il-kliem “To PS 276, Inmate Natale Bonello (kif kien jisimha dak iż-żmien).

Meta Azzopardi ġie mistoqsi jekk suppost  l-envelope jinfetaħx quddiem priġunier u għaliex f’dan il-każ huwa fetħu waħdu, tenna li mhux dejjem dik hija l-prassi u dan meta wkoll f’dan il-każ kien matul il-lejl u li dan il-ħin ma jinfetħux ċelel għalxejn.

Huwa fisser ukoll kif dak inhar Bonello għafset il-panic button u qaltlu biex jgħaddi ftit zokkor lil Pace u x-xhud qalilha iva. Wara li skopra x’kien fih avża lill-Maġġur ta’ bil-lejl u dan ċempel lill-Pulizija ta’ Raħal Ġdid. Kienu daħlu l-SRT li kienu skorta, talbuha spjegazzjoni u ħaduha f’Division 6.

Il-Qorti meta semgħet il-każ qablet mat-teżi tad-difiża li dan l-envelope infetħa i ma nfetħax quddiem Bonello. Il-Maġistrat Josette Demicoli li semgħet il-każ qalet li ma jkunx ‘safe and satisfactory’ tinstab ħatja peress li tqis li l-mod ta’ kif infetħa l-envelope u l-mod u għand min għadda ma rriżultax b’mod li jagħti s-serħan tal-moħħ lill-istess Qorti li l-katina tal-evidenza ġiet rispettata.

Għal dawn il-mottivi Bonello ġiet liberata. Għaliha deheret l-Avukat Veronica-Anne Spiteri Ftit aktat minn sentejn ilu Bonelli ġiet kkundannata 30 xahar ħabs wara li ammettiet li wettqet ħames serqiet ta’ ġojjellerija u deheb minn residenzi ta’ ħames anzjani.