Skond il-media Ġermaniża, il-captain tat-tim nazzjonali Ġermaniż Manuel Neuer u l-midfielder ta’ Bayern Munich Leon Goretzka kienu l-uniċi żewġ plejers li ssaportjaw il-moviment kontra l-projbizzjoni tal-faxxa tal-One Love.
Qed ikun irrapurtat li l-maġġoranza tat-tim ma kienx favur din il-protesta, madankollu l-plejers ġew mitluba jagħmlu ġest favur il-moviment, li kien li l-plejers jagħttu ħalqhom waqt ir-ritratt tat-tim.
Il-captain Manuel Neuer iddeċieda wkoll li jmur kontra r-regoli ta’ FIFA u jilbes il-faxxa tal-captain b’kuluri tal-qawsalla għalkemm minn taħt il-flokk.
Il-ġest ġie ikkritikat ħafna mill-media internazzjonali, partikolarment mill-ex kowċ ta’ Arsenal, Arsene Wenger.
//= $special ?>