Lokali

Aktar minn 100 persuna jaqbżu l-baħar għal “Santa’s Swim”

‘Il fuq minn 100 persuna ħadu sehem fis-Santa Swim li ttellgħat bħal dejjem f’lukanda ewlenija fil-Floriana. Attività ta’ kull sena għal Malta Community Chest Fund Foundation. Għal din l-attività ħadu sehem kważi 500 persuna, fosthom il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Fl-attività għall-karità wkoll intlagħbet logħba waterpolo. B’ħafna għawwiema qasmu l-Port ta’ Marsamxett taħt sorveljenza tal-patrol boat tal-AFM.

Tul l-attività kien hemm bagpipe players, Little Angels Dancers u kif ukoll bouncing castle għat-tfal, ttellgħat ukoll wirja ta’ karozzi klassiċi.

Għal din l-inizjattiva attenda l-President ta’ Malta George Vella li wassal diskors fil-bidu tal-attività u ltaqa’ wkoll ma’ dawk li pparteċipaw.

Preżenti kien hemm ukoll Membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jagħtu l-assistenza tagħhom f’każ ta’ bżonn.