Lokali

Apell biex il-liġi li se ddaħħal l-abort tkun iċċarata

Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li, jekk il-liġi li se ddaħħal l-abort saret b’intenzjoni tajba, allura din il-liġi għandha tkun iċċarata.

Fil-parlament Carm Mifsud Bonnici qal li dan hu dibattitu importanti għall-pajjiż li għandu jsir bir-raġuni u sostna li t-tobba jkunu ffaċċjati minn sitwazzjonijiet. Din hi liġi li m’għandhiex tifred, sostan d-deputat Nazzjonalista, li kompla li din il-liġi hi waħda reazzjoni fejn il-gvern irreaġixxa għal sitwazzjoni partikolari. Hu kompla li bejn dak li jingħad mill-kelliema tal-gvern u dak li hemm miktub hemm differenza.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fl-1887 kien hemm persuna li pprova jiċċara din il-pożizzjoni imma qata’ qalbu mhux tant għax ma jistax jasal għall-kunċett iżda għax beża’ li meta jispeċifika żżejjed jitlef il-kunċett. Hawn qbil li meta l-omm tkun se titlef ħajjitha hemm l-għażla li ma tkomplix it-tqala; din dejjem hekk kienet.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-valuri tas-soċjetà huma bbażat fuq il-prinċipji etiċi Nsara; dan hu punt ta’ fatt. Il-Knisja għandha esperjenza ta’ żmien ta’ nies ta’ intelliġenza li kitbu affarijiet li għenu lill-umanità timxi ‘l quddiem.

Carm Mifsud Bonnici kompla lis-suġġett hu li l-liġi hix ċara biżżejjed; l-appell tal-PN hu li din il-liġi tkun iċċarata. Il-PN jaqbel li t-tobba jkollhom il-konfront kemm jista’ jkun għaliex fis-saħħa ħadd ma jista’ jipprevedi s-sitwazzjonijiet.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-intenzjoni tal-persuna meta jsir l-att hi kollox; il-gvern qed iħallat l-aspett ċivili mal-aspett kriminali. Il-liġi għandha tipproteġi lit-tabib u tipproteġi kontra l-abbuż; din l-emenda tiftaħ il-bieb għall-abbuż għax kif inhi miktuba hemm ħafna griż.

Hu qal li issa l-MUM qed tiddikjara wkoll li sistwazzjoni tat-tobba qed issir iktar diffiċli u li ma kinux huma li talbu din il-liġi. Jeħtieġ li ma jkunx hemm għaġġla f’din il-liġi iżda d-deputati għandhom ir-responsabbiltà li jagħmlu l-affarijiet tagħhom sew. Din mhix liġi politika jew reliġjuż inkella li qed iġġib setturi f’konflitt, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella biex ikun hemm diskussjoni quddiem din l-emenda diffiċli.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex isiru s-salvagwardji kollha fil-liġi u sostna li l-poplu attenda fid-dimostrazzjni favur il-ħajja għaliex hemm kwistjoni importanti.